INGĦAQAD MAL-KONVERŻAZZJONI TA’ NU75: SIB KIF HAWN!

DIN ID-DINJA TAGĦNA. U L-FUTUR TAGĦNA. GĦALHEKK WASAL IL-ĦIN GĦAL KULĦADD, MINN KULLIMKIEN BIEX NITKELLMU DWAR KIF NIXTIEQU LI JKUN IL-FUTUR TAGĦNA.

Biex jimmarkaw il-75 anniversarju tagħhom fl-2020, in-Nazzjonijiet Uniti qed ikebbsu d-dibattitu tan-nies permezz ta’ NU75. Imnedija mis-Segretarju Ġenerali tan-NU António Guterres, tidher li se tkun l-ikbar konverżazzjoni globali li l-aktar se tilħaq nies dwar il-bini tal-futur li nixtiequ.

F’dinja b’bidliet drammatiċi u sfidi kumplessi, mill-kriżi klimatika, saċ-ċaqliq tal-popolazzjoni u d-direzzjoni mhux magħrufa tat-teknoloġija, neħtieġu aktar minn qatt qabel azzjoni kollettiva. Permezz ta’ NU75, in-Nazzjonijiet Uniti se jinkuraġġixxu lin-nies jaħsbu flimkien biex jiddefinixxu kif kooperazzjoni internazzjonali msaħħa tista’ tgħin biex noħolqu dinja aħjar sal-2045, il-100 sena tan-NU.

F’dan il-mument kruċjali fl-istorja, NU75 qed tistaqsi tliet mistoqsijiet kbar:

1.

X’TIP TA’ FUTUR IRRIDU NOĦOLQU?

2.

NINSABU FIT-TRIQ IT-TAJBA?

3.

X’AZZJONI HIJA MEĦTIEĠA BIEX JITNAQQAS ID-DISTAKK?

Kulħadd jista’ jingħaqad mal-konverżazzjoni. Online u offline, fi djalogi formali u informali, NU75 se tinvolvi kemm jista’ jkun nies, idealment mill-193 Stat Membru kollha tan-NU. Flimkien, se jaqsmu t-tamiet u l-beżgħat tagħhom, jivvalutaw ir-riskji u l-opportunitajiet attwali, u jfittxu soluzzjonijiet għal kooperazzjoni globali.

Stħarriġ tal-opinjoni globali u analiżi tal-midja se jipprovdu data statistikament rappreżentattiva. Il-fehmiet u l-ideat konsolidati se jiġu ppreżentati lill-mexxejja dinjija u se jiġu mxerrda b’mod wiesa’.

Għan-Nazzjonijiet Uniti, NU75 se tkun sena fejn se jisimgħu u jitgħallmu. L-organizzazzjonijiet tan-NU, it-timijiet tal-pajjiżi u l-partijiet ikkonċernati se jkollhom rwoli kruċjali biex jieħdu tliet azzjonijiet:

JOĦOLQU RABTA BEJN IN-NIES

IĠIBU FLIMKIEN DIVERSI GRUPPI, SPEĊJALMENT DAWK LI TA’ SPISS MA JINSTEMGĦUX, BIEX JISSAWWAR DJALOGU GLOBALI ĠDID.

JAMPLIFIKAW IL-VUĊIJIET TAGĦHOM

JIFTĦU KANALI GĦAN-NIES BIEX JITKELLMU U JINSTEMGĦU!

JISPIRAW L-AZZJONI

JIPPROVDU FEEDBACK, U JAQSMU U JIPPROVDU SOLUZZJONIJIET.

DAN IS-SETT TA’ GĦODOD JURIK KIF TIBDA L-KONVERŻAZZJONI.

“Flimkien nistgħu nitgħallmu mill-popli fid-dinja kollha kif nistgħu ntejbu l-indirizzar tal-isfidi globali ta’ żminijietna.”

Is-Segretarju Ġenerali António Guterres

ŻOMM F’MOĦĦOK DAWN ID-DATI: SKEDA TA’ ŻMIEN GĦAL NU75

24 TA’ OTT 2019

Introduzzjoni ta’ NU75

2 TA’ JAN 2020

Tnedija Uffiċjali

26 TA’ ĠUN 2020

Il-Jum tal-Karta tan-NU

21 TA’ SETT 2020

Assemblea Ġenerali tan-NU 2020

24 TA’ OTT 2020

Jum tal-Għeluq tan-NU

31 TA’ DIĊ 2020

Għeluq Uffiċjali

PASS 1

OĦLOQ RABTA BEJN IN-NIES

GĦAQQAD FLIMKIEN DIVERSI GRUPPI, SPEĊJALMENT DAWK LI TA’ SPISS MA JINSTEMGĦUX, BIEX JISSAWWAR DJALOGU GLOBALI ĠDID.

Lejn l-aħħar tal-2019, l-uffiċċji tal-pajjiżi kollha tan-NU bdew jingranaw għal NU75. Ma għandniex żmien x’nitilfu: Għandhom jieħdu sehem kemm jista’ jkun nies biex isawru t-tamiet u l-ideat tagħna għall-futur.

MIN SE JITKELLEM?

Kulħadd jista’ jinvolvi ruħu f’NU75. Xi kategoriji ġenerali ta’ parteċipanti jinkludu:

IL-GVERNIJIET (NAZZJONALI, LOKALI, REĠJONALI)
DAWK LI JIEĦDU D-DEĊIŻJONIJIET POLITIĊI, INKLUŻI MEMBRI PARLAMENTARI
IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, INKLUŻI FL-ISKEJJEL, L-UNIVERSITAJIET, U L-MOVIMENTI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ LOKALI U INTERNAZZJONALI
IS-SOĊJETÀ ĊIVILI, INKLUŻI KOOPERATTIVI, UNIONS, GRUPPI MHUX GOVERNATTIVI U MOVIMENTI TAL-POPLU
IN-NEGOZJI TAS-SETTUR PRIVAT, IMPRIŻI KBAR U ŻGĦAR
IL-FONDAZZJONIJIET
L-AKKADEMJA U THINK TANKS, INKLUŻ PERMEZZ TA’ LINJI TA’ RIĊERKA EŻISTENTI
IL-MIDJA: DIĠITALI, TRADIZZJONALI U SOĊJALI
IS-SISTEMA TAN-NU (UFFIĊĊJI U INDIVIDWI)
L-ORGANIZZAZZJONIJIET REĠJONALI
L-INDIVIDWI
ATTURI IMPORTANTI OĦRA

Dawn jistgħu jinkludu persuni li huma kritiċi tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll gruppi oħra li mhux dejjem jinstemgħu, bħal persuni li jgħixu b’diżabbiltà, migranti, refuġjati, persuni spostati internament u avukati tad-drittijiet tal-bniedem. Huma importanti wkoll il-kontributi ta’ mexxejja reliġjużi u, fejn rilevanti, awtoritajiet tradizzjonali.

X’INHI L-ISTORJA TAGĦNA?

Fil-bidu, offri narrattiva qasira u ta’ ispirazzjoni li tispjega:

  • Għaliex qed nitkellmu?
  • X’inhu l-valur tal-parteċipazzjoni?
  • X’impatt se jkollha din?
  • X'azzjonijiet nista’ nieħu?

XI SUĠĠERIMENTI BIEX ID-DJALOGI JIRNEXXU

  • Iddefinixxi l-aktar kanali effettivi biex jintlaħqu l-parteċipanti.
  • Aqsam l-informazzjoni b’mod miftuħ.
  • Neħħi/immaniġġja restrizzjonijiet li jimblukkaw il-parteċipazzjoni.
  • Adotta salvagwardji ta’ kunfidenzjalità jekk ikun meħtieġ.
  • Agħmilha faċli u naqqas “l-għejja tal-konsultazzjoni” billi tospita konverżazzjonijiet f’avvenimenti jew forums eżistenti - agħmilha divertenti u soċjali!
  • Ikkunsidra li tikkoorganizza djalogi ma’ sħab nazzjonali ewlenin.
  • Islet u applika lezzjonijiet mitgħallma regolarment.

PASS 2

AMPLIFIKA L-VUĊIJIET

IFTAĦ KANALI GĦAN-NIES BIEX JITKELLMU U JINSTEMGĦU!

Bħala l-akbar konverżazzjoni globali li qatt saret, NU75 se tamplifika l-vuċijiet tan-nies online u offline, f’komunitajiet, skejjel, bliet, bordijiet tal-kumpaniji u parlamenti, bejn il-pajjiżi u l-ġenerazzjonijiet kollha. Hekk kif in-nies jimmaġinaw xenarji futuri bbażati fuq l-esperjenzi u l-perspettivi tagħhom stess, huma se jfittxu soluzzjonijiet għal azzjoni kollettiva.

KIF TINGĦAQAD MAGĦNA?

Hemm diversi modi kif wieħed jista’ jingħaqad mal-konverżazzjoni, minn kampanja fuq il-midja soċjali sa stħarriġ ta’ minuta jew permezz ta’ grupp ta’ diskussjoni aktar formali.

Fost għażliet oħrajn tista’:

Ippowstja l-video ta’ NU75 fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali tiegħek, u itlob lil ħbiebek, sħabek u networks biex jibdew jagħmlu l-pjanijiet. Ikklikkja hawn għal sett sħiħ ta’ assi u ideat ta’ komunikazzjoni.

Agħmel u xxerja l-istħarriġ qasir ta’ NU75: beta.un75.online. Ittrasferixxi l-link għal SMS qasir jekk disponibbli f’pajjiżek.

Organizza konverżazzjoni informali: Dawn jistgħu jsiru kullimkien. Jista’ jkun konvenjenti li tillinkja ma’ laqgħat u konferenzi eżistenti jew xi ħaġa aktar soċjali bħal avveniment ta’ tim, ikla ta’ nofsinhar jew kafè filgħodu. Jekk torganizza laqgħa, ikkunsidra l-live streams bħala mod faċli għall-parteċipanti f’postijiet differenti biex jaraw, jisimgħu u jipparteċipaw f’ħin reali.

Organizza chats tal-midja soċjali: Ibda M&T sempliċi permezz ta’ Twitter, Google Hangouts, Facebook, eċċ. Dawn faċli jiġu skoperti minn udjenza vasta, u jistgħu jħeġġuhom jikkontribwixxu għall-konsultazzjoni. Chats u M&T huma utli wkoll f’avvenimenti diretti.

Organizza diskussjonijiet online: It-tim ta’ NU75 qed jiżviluppa pjattaforma online komprensiva biex jospita u jiffaċilita djalogi mmoderati b’mod diġitali. Jistgħu jkunu disponibbli wkoll pjattaformi diġitali alternattivi għat-timijiet tal-pajjiżi tan-NU u għall-partijiet ikkonċernati għal diskussjonijiet online.

Organizza gruppi ta’ diskussjoni formali: Dawn huma mmirati lejn il-produzzjoni ta’ riċerka aktar rigoruża u strutturata li tista’ tikkontribwixxi fis-sejbiet globali. Jekk tagħżel din l-opzjoni, trid timla formola ta’ feedback aktar iddettaljata. Fl-Anness 1 issib aktar gwida dwar it-twettiq ta’ gruppi ta’ diskussjoni formali.

INKWADRA L-MISTOQSIJIET BIEX TITKEBBES IL-KONVERŻAZZJONI

Kif timmaġina d-dinja ideali tiegħek minn hawn u 25 sena oħra - il-100 anniversarju tan-NU? X’hemm differenti mid-dinja tal-lum? Iddeskrivi jum f’dik id-dinja li timmaġina minn hawn u 25 sena oħra.

  • X’tip ta’ futur irridu li nkunu ħloqna għal uliedna u n-neputijiet tagħna?
  • Ix-xjenza u t-teknoloġija kif qed jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum? Kulħadd trattat b’mod ġust u ugwali? Il-pajjiżi kif jaħdmu ma’ xulxin?
  • Taħseb li uliedek u n-neputijiet se jkollhom inqas jew iktar opportunitajiet milli kellek int? Se jkunu aħjar jew agħar - fejn tidħol l-edukazzjoni jew il-prospettivi ta’ impjieg, pereżempju?
  • Taħseb li int jew il-ġenerazzjoni li jmiss se tkun aktar jew inqas mobbli, soċjalment, ekonomikament, fiżikament?
  • Qed tistenna li tgħix f’ambjent naturali aktar jew inqas b’saħħtu? L-ambjent kif jista’ jkun differenti?

Jekk jogħġbok agħżel wieħed jew aktar jew żid tiegħek u ddiskuti bħala grupp.

  • It-tibdil fil-klima u kwistjonijiet ambjentali (eż. it-tniġġis, id-deforestazzjoni)
  • Il-faqar u l-inugwaljanza
  • It-teknoloġiji ġodda (eż. il-midja soċjali, l-intelliġenza artifiċjali)
  • It-tibdil fil-popolazzjoni (eż. it-tkabbir tal-popolazzjoni, il-popolazzjonijiet li qed jixjieħu, il-migrazzjoni, l-urbanizzazzjoni)
  • It-theddid għas-sigurtà (eż. il-kunflitt armat, il-gwerra ċibernetika, il-kriminalità u l-vjolenza)
  • It-tkissir tal-fiduċja bejn il-gvernijiet, u bejn in-nies u l-gvernijiet?

X'azzjoni għandna nieħdu issa biex nagħmlu dinja aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri?

  • X’tista’ tagħmel bħala individwu biex toħloq id-dinja li tixtieq? X’inti tagħmel għal dinja aħjar?
  • Min għandu jieħu azzjoni biex jimmaniġġja dawn ix-xejriet? X’għandu jkun ir-rwol tal-gvernijiet? Tan-negozji? Tas-soċjetà ċivili? Tal-individwi? Tal-oħrajn?
  • X’forom ta’ azzjoni u kollaborazzjoni jista’ jkun hemm bżonn fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali? X’tip ta’ rwol jista’ jkollhom in-Nazzjonijiet Uniti u istituzzjonijiet internazzjonali oħra biex dan jiġi ffaċilitat? Kif jistgħu jagħmlu aħjar?

SUĠĠERIMENTI GĦALL-MODERATURI

F’konverżazzjonijiet informali kif ukoll fi gruppi ta’ diskussjoni aktar strutturati, il-moderatur għandu rwol kruċjali. Dawn huma wħud mill-prinċipji ta’ gwida ġenerali:

  • Ikkomunika b’mod ċar dwar għaliex qed isiru d-djalogi, u x’direzzjoni se tieħu d-diskussjoni
  • Irrispetta u ffaċilita l-qsim ta’ perspettivi differenti
  • Indirizza l-pożizzjonijiet konfliġġenti u l-iżbilanċi tal-poter b’mod kostruttiv
  • Adatta għall-ħtiġijiet lokali
  • Evalwa l-approċċ tal-konsultazzjoni
  • Żgura xi element ta’ reġistrazzjoni u feedback

RIŻORSI BIEX TIBDA

Videos, podcasts, għodod tal-midja soċjali, linji gwida dwar il-branding u aktar jinsabu fuq Trello.

Agħti ħarsa lejn dawn l-iskedi informattivi qosra dwar uħud mill-kwistjonijiet l-aktar urġenti mit-tim ta’ NU75

It-teknoloġiji jistgħu jagħmlu d-dinja tagħna aktar ekwa, aktar paċifika, u aktar ġusta, iżda dawn jheddu wkoll il-privatezza, jiffaċilitaw il-kontroll awtokratiku, u jrawmu l-kunflitt u l-inugwaljanza. Filwaqt li t-teknoloġiji futuri jistgħu jidhru ta’ theddida, m’għandhomx għalxiex ikunu. Bħal ġenerazzjonijiet qabilna, aħna – il-gvernijiet, in-negozji, u l-individwi – għandna għażla x’nagħmlu fil-mod kif nużaw it-teknoloġiji ġodda.  Għall-ġid, jew għad-deni?

Ikklikkja hawn għall-aċċess.

In-natura tal-kunflitt u l-vjolenza ttrasformat ruħha sostanzjalment mill-ħolqien tan-NU 75 sena ilu. Il-kunflitti huma inqas fatali iżda itwal, u ħafna drabi l-gwerra ssir bejn gruppi domestiċi aktar milli bejn l-istati. L-omiċidji qed isiru aktar frekwenti f’xi partijiet tad-dinja, filwaqt li l-attakki bbażati fuq is-sess qed jiżdiedu.

B’mod separat, bl-avvanzi teknoloġiċi qed naraw l-armamenti ta’ bots, droni, u livestreaming, ċiberattakki, ransomware, u data hacks. Sadattant, il-kooperazzjoni internazzjonali tinsab taħt pressjoni, u dan inaqqas il-potenzjal globali għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitt u l-vjolenza fil-forom kollha.

Ikklikkja hawn biex taċċessa.

Id-dinja għamlet passi sinifikanti fit-tnaqqis tal-faqar: f’dawn l-aħħar tletin sena, aktar minn biljun persuna ħarġu mill-faqar estrem. Iżda s-sehem tal-introjtu tal-ifqar nofs tal-umanità bilkemm iċċaqlaq fuq l-istess perjodu, minkejja li l-produzzjoni ekonomika globali aktar milli tripplat mill-1990 ’l hawn. L-inugwaljanzi jimminaw il-progress ekonomiku, li min-naħa tiegħu jaggrava d-differenzi soċjali li joħolqu l-inugwaljanzi.

L-inugwaljanzi xprunati mill-introjtu, il-ġeografija, is-sess, l-età, l-etniċità, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali, il-klassi u r-reliġjon – li jiddeterminaw l-aċċess, l-opportunitajiet u l-eżitu – għadhom jippersistu, fi ħdan u fost il-pajjiżi. F’xi partijiet tad-dinja, dawn id-differenzi qed jidhru aktar u aktar. Sadattant, qed joħorġu fid-dieher distakki f’oqsma oħra, bħall-aċċess għal teknoloġiji online u mobbli.

Ikklikkja hawn biex taċċessa.

It-tibdil fil-klima huwa l-kriżi li tiddefinixxi żminijietna u qed iseħħ b’pass aktar mgħaġġel milli ħsibna. Iżda ma ninsabux dahrna mal-ħajt quddiem din it-theddida globali. Kif indika s-Segretarju Ġenerali António Guterres Settembru li għadda, “l-emerġenza klimatika hija tellieqa li qed nitilfu, iżda hija tellieqa li nistgħu nirbħu”.

Ebda rokna tad-dinja ma hi immuni għall-konsegwenzi devastanti tat-tibdil fil-klima. It-temperaturi dejjem jogħlew qed iwasslu għal degradazzjoni ambjentali, diżastri naturali, kundizzjonijiet estremi fit-temp, nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u tal-ilma, taqlib ekonomiku, kunflitt u terroriżmu. Il-livelli tal-baħar qed jogħlew, l-Artiku qed idub, l-iskollijiet tal-qroll qed imutu, l-oċeani qed isiru aċidi, u l-foresti qed jinħarqu. Hu ċar li ż-żamma tal-istatus quo mhuwiex biżżejjed. Hekk kif il-kost infinit tat-tibdil fil-klima jilħaq quċċata irreversibbli, issa wasal iż-żmien għal azzjoni kollettiva kuraġġuża.

Ikklikkja hawn biex taċċessa.

Il-popolazzjoni tad-dinja hija mistennija li tiżdied b’żewġ biljun ruħ, minn 7.7 biljuni bħalissa għal 9.7 biljuni fl-2050, qabel ma tilħaq quċċata ta’ kważi 11-il biljun sa tmiem is-seklu hekk kif ir-rati tal-fertilità jkomplu jonqsu. Matul dan il-perjodu, il-popolazzjoni globali hija mistennija li ssir aktar u aktar urbana, filwaqt li se jkun hemm aktar nies ta’ 65 sena jew aktar milli tfal taħt il-5 snin.

Nofs it-tkabbir tal-popolazzjoni globali minn issa sal-2050 huwa mistenni li jiġi biss minn disa’ pajjiżi: l-Indja, in-Niġerja, il-Pakistan, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Etjopja, it-Tanzanija, l-Indoneżja, l-Eġittu u l-Istati Uniti tal-Amerika (f’ordni dixxendenti ta’ żieda). Il-popolazzjoni tal-Afrika sub-Saħarjana x’aktarx li se tirdoppja, filwaqt li l-popolazzjoni tal-Ewropa x’aktarx li se tiċkien.

Sadattant, in-nies qed jiċċaqalqu. Filwaqt li l-perċentwal ta’ migranti internazzjonali baqa’ taħt it-3% tal-popolazzjoni globali matul dawn l-aħħar żewġ deċennji, l-għadd tagħhom żdied b’aktar minn nofs mill-2000 ’l hawn. Fl-istess ħin, l-għadd ta’ persuni mġiegħla jaħarbu minn djarhom żdied sew minħabba l-kunflitti fit-tul u jista’ jkompli jiżdied minħabba t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali. Il-maġġoranza vasta ta’ flussi ta’ refuġjati u migranti hi lejn pajjiżi fin-Nofsinhar globali.

Ikklikkja hawn biex taċċessa.

Għad-djalogi kollha u biex jitqiesu jekk jogħġbok kun ċert li timla l-formola ta’ reġistrazzjoni li tinsab ukoll fuq is-sit web tagħna UN75.org, li tipprovdik b’numru ta’ identifikazzjoni uniku.

PASS 3

ISPIRA L-AZZJONI

IPPROVDI FEEDBACK, U AQSAM U PPROMWOVI SOLUZZJONIJIET.

Li noħolqu rabta bejn in-nies u namplifikaw il-vuċijiet tagħhom iwassal għal għan ewlieni: l-ispirazzjoni ta’ azzjoni għal futur aħjar. L-ideat iġġenerati matul NU75 huma mistennija li:

  • Jinfurmaw id-dibattitu pubbliku
  • Jintużaw minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli nazzjonali u internazzjonali
  • Jispiraw impenn ċiviku usa’
  • Iżidu l-kooperazzjoni globali

Kull konverżazzjoni hija opportunità biex l-individwi jiġu mħeġġa jieħdu azzjonijiet f’ħajjithom stess skont dak li semgħu u tgħallmu.

Kemm id-djalogi formali kif ukoll dawk informali jistgħu jagħtu għarfien u evidenza li organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali jistgħu japplikaw. Is-sejbiet jistgħu jispiraw programmi, investimenti, sħubiji u kampanji ġodda, fost affarijiet oħrajn.

Qed tiġi żviluppata pjattaforma globali biex tippreżenta l-eżiti ewlenin tad-diskussjonijiet mit-tim ta’ UN75.

Il-fehmiet u l-ideat li jiġu ġġenerati se jiġu ppreżentati lill-mexxejja dinjija u lill-uffiċjali għolja tan-NU f’avveniment ta’ profil għoli matul il-75 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2020. 

DOKUMENTAZZJONI TAL-EVIDENZA

Id-dokumentazzjoni tad-djalogi tagħmilhom kredibbli u li jistgħu jiġu xxerjati f’livelli differenti, u tipprovdi evidenza għall-azzjoni. Xi forom tipiċi ta’ dokumentazzjoni jinkludu:

  • Data dwar il-parteċipanti u kif intagħżlu
  • Demografika rilevanti
  • Reġistrazzjonijiet bil-video u bl-awdjo bl-esperjenzi tan-nies li pparteċipaw
  • Ritratti u/jew stejjer iġġenerati mill-konsultazzjoni
  • Data tal-midja soċjali
  • Rapporti mir-rapporteurs
  • Taqsira analitika b’sejbiet ewlenin

Għall-gruppi ta’ diskussjoni formali, il-formola tal-moderatur tippermetti li l-informazzjoni tiġi rreġistrata u analizzata ċentralment. In-nies li jieħdu sehem f’konverżazzjonijiet ta’ kull tip jistgħu jipprovdu feedback permezz tal-moderatur tagħhom jew fis-sit web ta’ NU75.

VALIDAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Kemm il-formoli ta’ feedback kif ukoll is-sit web ta’ NU75 se joffru opportunitajiet biex jiġu vvalidati r-riżultati u jsiru suġġerimenti jew jitqajjem tħassib dwar il-proċess.

Il-validazzjoni tas-sejbiet tista’ wkoll tinvolvi passi sempliċi oħrajn, bħall-kondiviżjoni tar-rapporti tal-laqgħat jew ir-riżultati tal-istħarriġ, u t-talba għal inputs addizzjonali. Xi validazzjoni tista’ ssir waqt il-gruppi ta’ diskussjoni u l-laqgħat bl-użu ta’ metodi viżwali għal feedback immedjat dwar x’qed jgħidu l-parteċipanti.

KOMUNIKAZZJONI LI TASAL IL-BOGĦOD

Komunikazzjonijiet konvinċenti se jkunu kritiċi tul NU75, fi ħdan konsultazzjonijiet individwali kif ukoll fuq il-forom kollha ta’ midja. L-uċuħ u l-istejjer tan-nies se jagħtu l-ħajja lill-kwistjonijiet, jinfluwenzaw id-dibattiti pubbliċi li jiżguraw l-azzjoni. Fid-dokumentazzjoni u l-validazzjoni tad-djalogi, żomm kont tan-nies, tal-istejjer u tal-kontributi fil-midja soċjali li x’aktarx li jħallu impatt. Aħdem ma’ timijiet ta’ komunikazzjoni biex tagħmel l-aħjar użu mis-setgħa tagħhom biex jinfluwenzaw.

Għar-referenza u biex tibni strateġiji nazzjonali ta’ komunikazzjoni, ara l-istrateġija ta’ komunikazzjoni globali u l-assi ta’ komunikazzjoni ta’ NU75.